dcsimg

Sminthopsini ( المالطية )

المقدمة من wikipedia emerging languages

Sminthopsini huwa tribù ta' mammiferi marsupjali karnivori żgħar li morfoloġikament qishom ġrieden (eżempji ta' speċi li jappartjenu lil dan it-tribù huma, d-Dunnart, il-Kultarr u n-Ningawi).

Dan it-tribù huwa kklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani u l-kolokolo tal-Amerika t'isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae u fis-sottofamilja Sminthopsinae ma' tribù ieħor biss, il-Planigalini.

Dan huwa t-tieni l-akbar tribù fost l-erbgħa eżistenti fil-familja Dasyuridae u tiġbor fiha tliet ġeneri (Antechinomys, Ningaui u Sminthopsis) u bosta speċi kemm estinti kif ukoll estanti.

Fin-numru ta' ġeneri u speċi, it-tribù Sminthopsini huwa ħafna akbar, mit-tribù l-ieħor tas-sottofamilja Sminthopsinae u dan jiġbor fih l-ġeneru Sminthopsis l-aktar wieħed ta' suċċess fin-numru ta' speċi li jinsabu fl-ordni Dasyuromorphia kollha.

L-ispeċi tat-tribù Sminthopsini, ġeneralment ikunu akbar fid-daqs minn dawk tat-tribù Planigalini (din tal-aħħar tiġbor fiha l-iżgħar speċi ta' marsupjali eżistenti llum il-ġurnata).

(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Dunnart, Kultarr, Ningawi, Dasjuromorfju jew Dasyuromorphia)

Il-Lista tal-ispeċi tat-tribù Sminthopsini

Referenzi

  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.

ترخيص
cc-by-sa-3.0
حقوق النشر
Awturi u edituri tal-Wikipedia
النص الأصلي
زيارة المصدر
موقع الشريك
wikipedia emerging languages

Sminthopsini: Brief Summary ( المالطية )