Sminthopsis huwa ġeneru ta' mammiferi, l-marsupjali karnivori, eżattament id-Dunnarti, tal-kontinent ta' l-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Sminthopsinae u fit-tribù Sminthopsini ma' 2 ġeneri oħra, li huma Antechinomys u Ningaui.
Il-ġeneru Sminthopsis jiġbor fiħ 22 speċi, li 21 minn dawn huma estanti jew ħajjin u speċi waħda biss estinta. Dawn jinsabu mifruxin fuq il-kontinent gżira ta' l-Awstralja fuq il-gżira ta' Gwineja l-Ġdida u fuq xi gżejjer oħrajn żgħar. Fin-numru ta' speċi dan il-ġeneru huwa l-akbar u l-aktar ta' suċċess tat-tribù Sminthopsini, tas-sottofamilja Sminthopsinae, tal-familja Dasyuridae u ta' l-ordni Dasyuromorphia.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Dunnart, Sminthopsini, Sminthopsinae, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)