dcsimg

Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajda ( Maltese )

provided by wikipedia emerging languages

L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajd, magħruf xjentifikament bħala Thylamys pallidior, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ġrieden ta' denbhom oħxon, nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Dan l-opossum ġurdien ta' denbu oħxon huwa marsupjal kemm arborju (jgħix fis-siġar) kif ukoll terrestri (jgħix mal-art), b'abitudni notturna (attiv bil-lejl).

Dieta

L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajda huwa marsupjal b'dieta primarjament insettivora, għalkemm frott, bajd tal-għasafar u annimali vertebrati żgħar bħal gremxul u ġrieden huma inklużi fid-dieta wkoll.

Distribuzzjoni

Thylamys pallidior huwa speċi b'distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa mal-Arġentina, il-Bolivja, iċ-Ċili u l-Peru.

Klassifikazjoni

Referenzi

license
cc-by-sa-3.0
copyright
Awturi u edituri tal-Wikipedia

Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajda: Brief Summary ( Maltese )