Lepus huwa sottoġeneru (jew ġeneru ara Lepus) ta' mammiferi (il-liebri), fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fl-ordni Lagomorpha, fil-familja Leporidae, fil-ġeneru Lepus stess ma' 8 sottoġeneri oħra (Macrotolagus, Poecilolagus, Proeulagus, Eulagos, Sabanalagus, Indolagus, Sinolagus, Tarimolagus) bi 3 speċijiet ħajjin.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Liebru, jew Lagomorfu)

Il-liebri (sing. Liebru) huma l-leporidi tal-ġeneru Lepus għalkemm uħud minn dawn jissejħu fniek ħmir u erba' speċi oħra ta' leporidi tal-ġeneri Caprolagus u Pronolagus xi drabi jissejħu liebru u liebru l-ġebel rispettivament ukoll, biss dawn huma fniek.
Il-liebri huma mammiferi ta' ħeffa kbira (eż. il-Liebru Ewropew Lepus europaeus kapaċi jilħaq veloċità ta' 70 kilometru jew 45 mil fis-siegħa).
Normalment il-liebru huwa mammiferu ta' natura mistħija u jgħix ħajja solitarja jew bħala par, għalkemm il-Liebru Ewropew jibdel l-attitudni tiegħu lejn ir-rebbiegħa fejn dawn jibdew jiġru wara xulxin matul il-ġurnata fid-dawl tax-xemx f'nofs il-kampanja. Din l-imġiba hija xejn aktar ħlief kompetizzjoni bejn l-irġiel biex jakkwistaw id-dominanza u b'hekk aċċess għal aktar nisa biex jirriproduċu magħhom. Waqt dan iż-żmien ta' freneżija fost il-liebri, wieħed jista' jarahom jagħtu u jiġġieldu bl-idejn. Għal żmien twil ħafna kienu jaħsbu li dan kien ikun ġlied ta' kompetizzjoni bejn l-irġiel, iżda minn osservazzjonijiet aktar fil-qrib irrisulta li dan ma kienx ħlief ġlied bejn in-nisa u l-irġiel, biex in-nisa juru li għadhom m'humiex lesti għat-tgħammir jew biex jaraw id-determinazzjoni ta' l-irġiel.
Il-liebri ma jgħixux bħal biċċa l-kbira tal-fniek f' bejta taħt l-art u dan lanqas meta jasal iż-żmien taż-żrameġ. It-twelid taż-żgħar isir ġo bejta magħmulha minn ħofra baxxa jew fil-ħaxix mirfus u mgħaffeġ mill-omm. Din m'hijiex problema għaż-żrameġ għax huma addattati għan-nuqqas ta' protezjoni fisika billi jitwieldu miksijjin bil-pil u b'għajnejhom miftuħa, b'hekk ftit żmien wara t-twelid dawn ikunu kapaċi jaħsbu għalihom infushom, għall-kuntrarju taż-żrameġ tal-fniek fejn dawn jitwieldu għomja, mingħajr pil u totalment dipendenti fuq l-omm.