L-Opossum sufi ta' widnejh kannella jew Opossum sufi tal-Ekwador jew Opossum sufi tal-Punent, magħruf xjentifikament bħala Caluromys lanatus, huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju), nattiv tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel.
Dan huwa speċi ta' opossum sufi li ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti umdi għalkemm jinsab ukoll f' dawk subtropikali jew tropikali xotti, u jinsab fi stat kemm minn dak ta' lokalment komuni, kif ukoll fi stat ta' mhux komuni ukoll f' inħawi oħra.
Bħal kull membru tal-ġeneru Caluromys, l-opossum sufi ta' widnejh kannella huwa annimal strettament siġri (jgħix fis-siġar), għandu il-kwozjent tal-enċefalizazzjoni (il-massa ċelebrali mmqabla fi proporzjon mal-massa tal-ġisem) ta' rata aktar għojla minn dik tal-opossumi l-oħrajn, botna iżgħar u denb twil u tqil ħafna f' aktar minn nofs it-tul kollu tiegħu.
L-Opossum sufi ta' widnejh kannella huwa annimal omnivoru u d-dieta tikkonsisti minn frott, nettari, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħrajn.
Dan l-opossum sufi għandu distribuzzjoni f' bosta pajjiżi u mal-biċċa l-kbira tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel u jinsab fil-Arġentina, Bolivja, Brażil, Ekwador, Kolombja, Paragwaj, Peru u Venezwela.