Lepisma saccharina huwa insett żgħir li jibża' mid-dawl u m'għandux ġwienaħ. Lepisma saccharina hija magħrufa wkoll bħala l-ħuta fiddiena, u dan minħabba l-kulur griż fiddien li għandha fuq ġisimha. Dan l-insett jgħix fuq il-karboidrati bħaz-zokkor, li jispjega l-oriġini tal-isem xjentifiku.
Din l-ispeċi tappartjeni għall-ordni Thysanura, u ilha teżisti għal dawn l-aħħar 300 miljun sena.