L-Opossum ta' erba' għajnejn kannella, magħruf xjentifikament bħala Metachirus nudicaudatus, huwa l-uniku mammiferu marsupjal klassifikat fit-tribù Metachirini, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju), nativ tal-Amerika ċentrali u tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel.
Dan l-opossum huwa kemm arborju jew siġri (adattat għal ħajja fis-siġar) kif ukoll terrestri (adattat għal ħajja fuq l-art), iżda l-biċċa l-kbira tal-ħin ikun mal-art u jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti jew f' artijiet miftuħa b' ħafna ħaxix fejn ikun jista jagħmel il-bejta bil-weraq (Nowak, 1997), qalb iz-zkuk tal-arbuxelli u taħt il-ġebel fil-baxx (Hunsaker, 1977).
Opossum ta' erba' għajnejn kannella adult ġeneralment ikollu l-pil ta' lewn kannella fil-griż, bil-ġnub u fuq id-dahr ta' lewn aktar skur u strixxa skura minn fuq l-imnieħer għal madwar l-għajnejn sa taħt il-widnejn tagħmel wiċċ dan il-marsupjal jidher kważi iswed. Metachirus nudicaudatus adult jikber madwar 26.5 ċentimetri, id-denb li jkun itwal mil-ġisem ikun bejn wieħed u ieħor 33 ċentimetru (Nowak, 1997; Redford and Eisenburg, 1992) u jilħaqq massimu ta' 800 gramma fil-piż, għalkemm in-nisa ta' din l-ispeċi jkunu 71% iħfef mill-irġiel (Hansen et al., 1999).
L-Opossum ta' erba' għajnejn kannella huwa annimal erbivoru speċjalizzat b' dieta fruġivora, dieta li tikkonsisti prinċipalment minn frott (għalkemm bajd, insetti u annimali vertebrati żgħar bħal rettili u amfibjani jintieklu meta tinqala' l-okkażjoni).
Metachirus nudicaudatus għandu distribuzzjoni vasta ma' bosta pajjiżi u l-firxa tibda mill-Amerika ċentrali f' Kosta Rika, Nikaragwa u Panama għal kontinent tal-Amerika t'isfel fl-Arġentina, Bolivja, Brażil, Ekwador, Gujana, Gujana Franċiża, Kolombja, Paragwaj, Peru, Surinam u Venezwela.
L-Opossum ta' erba' għajnejn kannella huma kapaċi jirriproduċu kemm il-darba fis-sena, biss fl-Amerika ċentrali huma rrapurtati li dan issir f' Novembru. Il-mara ta' din l-ispeċi ma għandhiex marsupju bħal ħafna speċijiet marsupjali oħrajn u minflok għandha 2 faldi ta' ġilda man-naħa ta' taħt taż-żaqq, fejn hemm il-"mammae" jew iż-żejżiet (in-nisa ta' dawn l-ispeċi ġew irrapurtati kemm b' 5, b' 7 u b' 9 "mammae"). Ferħ ta' madwar 51 millimetru kapaċi joqgħod wieqaf waħdu u joqgħod imqabad mal-pil fuq il-ġenbejn jew ma' dahr l-omm u xagħrejn wara jkun kompletament indipendenti (Nowak, 1997).