dcsimg

Opossum ġurdien ta' Robinson ( Maltese )

provided by wikipedia emerging languages

L-Opossum ġurdien ta' Robinson, magħruf xjentifikament bħala Marmosa robinsoni, huwa mammiferu marsupjal, li qiegħed ikklassifikat fil-familja Didelphidae (didelfidu) u fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju). Dan l-opossum huwa wieħed mill-opossumi ġrieden, nattiv tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel.

Dieta

L-Opossum ġurdien ta' Robinson huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati u invertebrati żgħar oħrajn.

Distribuzzjoni

Marmosa robinsoni huwa speċi ta' opossum ġurdien b' distribuzzjoni fl-Amerika ċentrali u fil-kontinent tal-Amerika ta' isfel mifruxa fil-Beliże, Ekwador, Grenada, Ħonduras (fuq il-gżira ta' Ruatan), Kolombja, Panama, Peru u Venezwela.

Klassifikazzjoni

Sottospeċi

Hemm tmien sottospeċi rikonoxxuti ta' Marmosa robinsoni.[1]

Referenzi

license
cc-by-sa-3.0
copyright
Awturi u edituri tal-Wikipedia

Opossum ġurdien ta' Robinson: Brief Summary ( Maltese )