dcsimg

Pika tal-Afganistan ( Maltese )

provided by wikipedia emerging languages

Il-Pika tal-Afganistan (Ochotona rufescens) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.

Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki ta' l-isteppa li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Ochotona.

Il-Pika tal-Afganistan hija speċi li tħaffer il-bejta taħt l-art. Din bħala speċi qiegħda klassifikata mil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala waħda b'popolazjoni mifruxa, stabli, u li mhijiex tonqos fin-numru, b'hekk din qiegħda mniżżla fi stat ta' "L-inqas ħsieb" ("Least Concern").

Distribuzjoni

Din hija speċi preżenti f' 5 pajjiżi fl-Asja u dawn huma, Afganistan, Armenja, Iran, Turkmenistan u Pakistan.

Klassifikazjoni

Referenzi

  • Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona rufescens. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.
license
cc-by-sa-3.0
copyright
Awturi u edituri tal-Wikipedia

Pika tal-Afganistan: Brief Summary ( Maltese )