Il-Liebru Abissinjan magħruf xjentifikament bħala Lepus habessinicus huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu) fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) mifrux fil-Lvant tal-kontinent ta' l-Afrika.
L-isem ta' Liebru Abissinjan ġej mil-isem li kien magħruf biħ il-pajjiż tal-Etjopja fil-passat. Għalkemm imsejjaħ għal-Etjopja dan il-liebru ma jinsabx mifrux hemm biss, il-popolazzjoni għandha firxa fis-Somalja ukoll.
Il-Liebru Abissinjan bħala sottoġeneru flimkien ma' speċi oħra qiegħed ikklassifikat f' incertae sedis, dan għaliex hemm bżonn ta' aktar testijiet ġenetiċi qabel jiġi ddeterminat ma' liema liebri oħra huwa l-aktar relatat fil-qrib. Dan il-liebru ma għandu 'l ebda sottospeċi magħrufa.