Il-Lagomorfi fis-singular lagomorfu (Grieg "lagos" liebru: + "morphē" forma), li jiffurmaw l-ordni Lagomorpha, huma l-Fniek, il-Liebri u l-Piki. Dawn il-mammiferi plaċentati jinqasmu f'2 familji, il-Leporidae (fniek u liebri) u Ochotonidae (piki).
L-ispeċijiet lagomorfi jixbħu r-rodituri (l-ispeċijiet tal-ordni Rodenzja) u sas-seklu 20 dawn kienu kklassifikati bħala superfamilja fl-istess ordni. Minn dak iż-żmien 'l hawn il-klassifikazzjoni tagħhom inbidlet u ġew miġbura fl-ordni Lagomorpha għalihom biss. Għal ċertu żmien kien komuni li jitqiesu bħala relatati biss mill-bogħod mar-rodituri u li x-xebħ kien superfiċjali. Madankollu, minn studji ġenetiċi ħareġ li għalkemm huma distinti mir-rodituri, huma relatati fil-qrib sew, wara kollox.