Antechinus huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori, eżattament l-Anteċini (qabel kienu jissejħu bl-ismijiet ta' "Ġurdien bil-but", "Ġurdien tas-saqajn wiesgħajn" u "Anteċinu ġurdien", iżda dawn ma għadhomx jintużaw u minflok ġie preferut l-isem ta' Anteċinu biex juri eżattament biċ-ċar l-oriġinalita u l-uniċiċita ta' dawn il-mammiferi marsupjali), tal-kontinent ta' l-Awstralja u uħud mill-gżejjer fil-madwar.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Phascogalini ma' 6 ġeneri oħra, li huma Micromurexia, Murexechinus, Murexia, Paramurexia, Phascomurexia u Phascogale.
Il-ġeneru Antechinus jiġbor fiħ 10 speċi estanti jew ħajjin (2 minn dawn l-ispeċi u possibilment 3, peress li hemm xi speċi ġdida li qiegħda tistenna li tiġi rikonoxxuta, jgħixu fuq il-gżira ta' Gwineja il-Ġdida, filwaqt il-bqija ta' l-ispeċi jinsabu mifruxin fuq il-kontinent gżira ta' l-Awstralja) u fin-numru ta' speċi huwa l-aktar ġeneru ta' suċċess fit-tribù Phascogalini u tas-sottofamilja Dasyurinae.
(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Anteċinu, Phascogalini, Dasyurinae, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)